Jinħatru 35 Surġent ġdid tal-Pulizija – One News

Notifiki

Jinħatru 35 Surġent ġdid tal-Pulizija

Ħamsa u tletin Kuntistabbli tal-Pulizija nħatru surġenti waqt ċerimonja li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana. Tnejn u għoxrin minnhom kienu rġiel u tlettax minnhom huma nisa.

Dan filwaqt li mitejn uffiċjal tal-Pulizija ngħataw midalja għas-servizz twil u effiċjenti li taw b’risq il-korp tal-Pulizija.

Wieħed u sebgħin membru tal-korp ngħataw din il-midalja għal tmintax –il sena servizz, filwaqt li mija u erbatax –il membru u eks membru tal-korp ingħataw dik magħrufa bħala l-ewwel clasp li tingħata mal-ħamsa u għoxrin sena servizz. Ħmistax –il membru u eks membru oħra ngħataw it-tieni clasp għat-tletin sena servizz.

Waqt iċ-ċerimonji kien hemm preżenti l-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri li stqarr li l-poplu Malti jħares lejn il-korp tal-pulizija bħala l-għodda ewlenija għas-sigurtà tiegħu.

Dan filwaqt li faħħar il-ħidma eżemplari tal-uffiċjali u fakkarhom fir-responsabbilità u l-valuri li ġġorr magħha l-uniformi.

Min-naħa l-oħra, il-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà sostna li s-surġenti l-ġodda għandhom irwol importanti fejn tidħol il-kontabbilità hekk kif il-korp mhuwiex immexxi mill-kummissarju waħdu.

Gafà tenna li l-korp tal-Pulizija qabad it-triq li bl-azzjonijiet tiegħu qiegħed isaħħaħ il-fiduċja tan-nies fih.

Kreditu għar-ritratt : Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend