Notifiki

Il-plejers ta’ Napoli jfakkru l-memorja ta’ Maradona

Fl-ewwel logħba wara l-mewt tal-plejer Arġentin Diego Armando Maradona, it-tim ta’ Napoli fakkar il-memorja ta’ dan il-leġġenda fid-dinja tal-futbol.

Dan hekk kif waqt il-logħba mill-UEFA Europa League kontra t-tim Kroat ta’ Rijeka, il-plejers ta’ Napoli fuq il-flokkijiet tagħhom lagħbu b’isem Maradona u n-numru għaxra, flok l-ismijiet tagħhom, kif isir issoltu.

Qabel il-logħba l-plejers ta’ Napoli u anke tat-tim Kroat sellmu l-memorja ta’ Maradona, b’minuta ta’ silenzju.

Il-plejer Arġentin li miet l-Erbgħa fl-età ta’ 60 sena, lagħab mat-tim Taljan ta’ Napoli bejn l-1984 u l-1991. Hawnhekk huwa rebaħ żewġ kampjonati Taljan fl-1987 u fl-1990, flimkien mal-Copa Italia fl-1987 u l-UEFA Cup fl-1989.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend