Il-PL b’attività ta’ tindif f’bosta lokalitajiet – One News

Notifiki

Il-PL b’attività ta’ tindif f’bosta lokalitajiet

Minkejja x-xita u temp ikrah li ħakmu l-gżejjer Maltin f’dawn l-aħħar jiem, is-Sibt filgħodu l-Partit Laburista u l-Forum Żgħażagħ Laburisti niżlu fit-toroq ta’ Pembroke, il-Mellieħa u Marsalforn Għawdex fejn f’temp ta’ erba’ sigħat, inġabar skart ta’ kull tip. Dan kollu sar biex titqajjem kuxjenza akbar dwar l-importanza ta’ ambjent nadif fejn ngħixu.

Il-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, Georvin Bugeja spjega kif attivitajiet bħal dawn iħeġġu parteċipazzjoni żagħżugħa f’dan il-qasam.

Huwa stqarr: “Iż-żgħażagħ huma l-aktar ġenerazzjoni konxja dwar l-ambjent u  l-importanza tal-ambjent. Irridu nkunu aħna li nqajmu dan l-għarfien u li nkomplu nqajmu din il-kuxjenza biex nibżgħu u nipproteġu l-ambjent ta’ madwarna.”

Il-Ministru għall-iżvilupp Sostenibbli, Miriam Dalli qalet li kampanji bħal dawn jagħtu nifs ġdid lill-lokalitajiet fejn isiru. Hija kellha dan l-appell għal kull min jagħżel li jqatta’ ħin fil-kampanja: “Jekk kulħadd joqgħod attent u ma jarmix bl-addoċċ, ma jkollniex bżonn li nagħmlu attivitajiet bħal dawn. Jiġifieri dawn l-inizjattivi tajbin, imma ejja naċċertaw ruħna li bl-attitudni tagħna naraw li nżommu kemm jista’ jkun nadif.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend