F’7 snin naqsu b’41,000 dawk imċaħħda materjalment – Rapport sħiħ għada fil-gazzetta Kullħadd – One News

Notifiki

F’7 snin naqsu b’41,000 dawk imċaħħda materjalment – Rapport sħiħ għada fil-gazzetta Kullħadd

Il-persuni li kienu mċaħħdin materjalment b’mod sever sal-2019 naqsu għal madwar 18,000 jew 3.6%. Differenza ta’ 26,000 persuna mill-2013.

Jixhdu dan ċifri dwar il-faqar f’pajjiżna u li għada ser tirrapporta dwarhom il-gazzetta Kullħadd.

Dan ir-rapport b’ċifri mill-estimi finanzjarji mill-Ministeru għall-Familja u Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali ser jinnota wkoll il-qabża fil-ġlieda kontra din il-pjaga soċjali minn Gvern Laburista.

Fil-fatt il-gazzetta tinnota wkoll li bejn l-2008 u l-2013 taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, dawk imċaħħdin materjalment telgħu minn 54,000 għal 82,000 persuna.

Sal-2019 dan in-numru naqas b’41,000 persuna jew 11.5%

Dan u aktar dwar il-ġlieda kontra l-faqar f’pajjiżna, għada fil-gazzetta Kullħadd.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend