F’messaġġ fuq Facebook, l-għaqda studenteska Pulse ċċarat il-pożizzjoni tagħha fid-dawl ta’ allegazzjonijiet li saru minn għaqda studentestika oħra, l-SDM.
Pulse spjegat kif l-allegazzjonijiet serji li saru mill-SDM mhux veritiera. Spjegaw kif jemmnu bis-sħiħ fil-Kummissjoni Elettorali tal-elezzjonijiet tal-Junior College fejn irringrazzjawhom għal mod kif ħadu ħsieb is-sitwazzjoni meta l-SDM ħolqu dubji fl-elezzjoni studenteska. Liema allegazzjonijiet saru mill-SDM proprju fil-jum tal-elezzjoni studenteska.
Pulse sostniet kif hi qatt ma talbet għal links individwali biex jivvutaw membri fi ħdan l-għaqda. Qalet kif tinsab kburija li mexxiet kampanja pożittiva, inklussiva u demokratika.
Il-Kunsill Studenti Junior College f’messaġġ fuq Facebook kiteb ukoll kif il-Kummissjoni Elettorali ħadet azzjoni mill-ewwel kif saru l-allegazzjonijiet, fejn qalet kif l-KE mhix qed tikkunsidra li tiddikjara l-elezzjoni studenteska bħala nulla.
Sostniet kif it-tim tal-IT tal-Junior College iddiskuta din il-kwistjoni fejn sostna kif il-pjattaforma onlajn fejn wieħed jivvota hi waħda mill-aktar sigura.