L-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus ressqet raġel ta’ erbgħa u tletin sena, residenti Bormla, quddiem il-Qorti fuq akkużi ta’ ħasil ta’ flus.
Dan wara li nstab ammont sostanzjali ta’ flus allegatament ġejjin minn attivitajiet illegali.
Ir-raġel wieġeb mhux ħati għal dawn l-akkużi u talab għal-libertà proviżorja. Il-Maġistrat tal-Għassa, Dr Audrey Demicoli ċaħdet din it-talba u se jinżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u l-assi tal-akkużat ġew iffriżati.