Jinqatel xjentist responsabbli għall-programm nukleari tal-Iran – One News

Notifiki

Jinqatel xjentist responsabbli għall-programm nukleari tal-Iran

Mohsen Fakhrizadeh, xjentist prominenti fil-qasam tal-programm nukleari tal-Iran, ġie maqtul f’attakk viċin il-belt ta’ Tehran. Dan miet wara li gurpp ta’ persuni armati sparaw fuq il-karozza fejn kien hemm Fakhrizadeh, li miet b’kawża ta’ ġrieħi serji fi sptar.

Il-Ministru għall-Affarjiet Barranin tal-Iran ikkundanna dan l-attakk bħala wieħed terroristiku statali.

Dan l-assassinju seħħ fi żmien ta’ inkwiet rigward iż-żieda ta’ attività marbuta ma’ armi nukleari min-naħa tal-Iran.

Kmandant fi ħdan l-armata tal-Iran saħaq li dan il-qtil se jiġi mpatti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend