It-tim nazzjonali Malti jitla’ 4 postijiet ‘il quddiem fir-rankings tal-FIFA

Fir-rankings tal-FIFA, maħruġa wara l-logħob tat-timijiet nazzjonali, it-tim nazzjonali Malti jinsab fil-176 post. Dan ifisser li t-tim Malti tela’ 4 postijiet ‘il fuq mir-rankings ta’ Ottubru.

Matul ix-xahar ta’ Novembru, it-tim Malti rebaħ darbtejn kontra l-Liechtenstein u l-Andorra u draw kontra l-Gżejjer Faroe.

Dan ikompli max-xejra pożittiva li għaddej minnha t-tim nazzjonali mmexxi mit-Taljan Devis Mangia, hekk kif it-tim nazzjonali ilu ma jitlef għal dawn l-aħħar 7 logħbiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend