Illum il-ħwienet f’Malta u Għawdex qamu għall-ġurnata tal-iskontijiet, il-Black Friday. Jum li normalment jara serbut twil ta’ konsumaturi quddiem l-istabbilimenti lesti biex jakkwistaw prodotti b’prezz imraħħas.
Iżda din is-sena hija waħda ferm differenti, hekk kif in-nies flok qamu minn kmieni filgħodu u stennew il-bieb tal-ħanut jinfetaħ, baqgħu fil-kumdità ta’ darhom u xtraw dak li riedu b’mod online.
Kien hemm diversi stabbilimenti li wkoll qassmu l-iskontijiet fuq ġimgħa sħiħa, dan dejjem biex ikunu konformi mal-protokolli tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.