Il-Pulse rebħet l-elezzjonijiet tal-Kunsill Studenti Junior College għall-ħames sena konsekuttiva.
Dan hekk kif matul il-jum tal-Ġimgħa saret l-elezzjoni f’din l-istituzzjoni edukattiva, bit-tema tal-Pulse kienet ‘Chose Forward’.
Dan il-kunsill ħa jkun immexxi minn Andre Camilleri, flimkien ma’ Karl Schembri, Zack Mangani, Erika Mallia, Thea Aquilina, Jade Muscat, Maria Zerafa u Bahri Hanan.
Pulse tellgħet il-kandidati kollha, bl-għaqda demo-kristjana SDM ma teleġġix kandidat wieħed wara distakk qawwi t’aktar minn 400 vot.