Il-Prim Ministru Robert Abela jilqa’ lil Michael Mifsud f’Kastilja – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru Robert Abela jilqa’ lil Michael Mifsud f’Kastilja

Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ fil-Berġa ta’ Kastilja lill-istilla tal-futbol Malti Michael Mifsud li ftit tal-jiem ilu rtira mit-tim nazzjonali tal-futbol bl-aħħar logħba tiegħu tkun partita ta’ ħbiberija kontra t-tim Nazzjonali tal-Liechtenstein, fil-grawnd Nazzjonali f’Ta’ Qali.

Il-Prim Ministru Robert Abela rringrazzjah tas-servizz li ta lit-tim nazzjonali u sostna li l-pajjiż huwa kburi b’dak li rnexxielu jikseb.

Dr Abela ppreżentalu tifkira u l-plejer Malti rreċiproka dan b’għotja ta’ flokk tat-tim Nazzjonali lill-Prim Ministru.

Michael Mifsud lagħab għal kważi għoxrin sena konsekuttivi f’isem Malta, u libes il-flokk tat-tim nazzjonali għal xejn inqas minn mija u tlieta u erbgħin darba u skorja tnejn u erbgħin gowl.

F’pajjiżna beda jilgħab ma’ Sliema Wanderers u preżentament huwa plejer tat-tim ta’ Sirens.

Preżenti għal din il-laqgħa f’Kastilja kien hemm is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima u l-Viċi President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, il-Perit Ludovico Micallef.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend