Notifiki

Skont il-PN Malta se jmissha biss 40,000 tilqima tal-Covid-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-vaċċin mhuwiex is-soluzzjoni għall-pandemija tal-Covid-19.

Il-PN qal dan permezz tad-Deputat Maria Deguara waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista f’San Pawl il-Baħar meta kienet qed twieġeb għall-mistoqsijiet ta’ ONE News.

Meta il-ġurnalist ta’ ONE News qal: “l-pandemija qiegħda magħna, issa qed nisimgħu li ġej il-vaċċin ovjament nistennew xi kummenti jew proposti minn dan il-kumitat.”

Deguara stqarret: “Il-vaċċin mhuwiex is-soluzzjoni.”

Hija qalet ukoll li malli l-vaċċin ikun disponibbli għall-pajjiżi ewropej, timmaġina li Malta ser tkun allokata biss sa 40,000 doża.

Hija sostniet: “Aħna meta tikkalkula, nimmaġina li ma jmissnix iżjed minn 30,000, 40,000 shots.”

Dwar din id-dikjarazzjoni minn Maria Deguara, ONE News staqsa lill-Ministeru tas-Saħħa jekk hux ħa jkun hawn biżżejjed dożi ta’ vaċċin disponibbli għall-Maltin u l-Għawdxin.

Din kienet ir-risposta: “Kuntrarju għal dak li qalet Onor. Maria Deguara, Malta għandha ftehim ma’ sitt kumpaniji differenti li qegħdin fuq quddiem biex jipproduċu l-vaċċin tal-Covid u għalhekk aħna assigurati li se jkollna biżżejjed vaċċin biex inlaqqmu l-poplu Malti u Għawdxi kollu.”

Dan apparti li l-Gvern, permezz tal-Prim Ministru saħaq li l-vaċċin se jkun disponibbli għal kulħadd.

Intant meta ONE News kompla jistaqsi dwar il-ħidma tal-kumitat ta’ sorveljanza dwar il-Covid-19 tal-Partit Nazzjonalista u li jinvolvi fih il-politiċi, Maria Deguara naqset milli tgħid x’kienet tagħmel differenti l-Oppożizzjoni biex trażżan l-imxija u minflok weġbitna hekk.

Deguara qalet: “Jien ma nistax ngħidlek x’naħseb f’sekonda.”

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Kont nistenna aktar serjeta minn dr maria deguara.Izda l qawl jghid li ma min rajtek xebbahtek.Jekk gejt tigdeb ghax ma kontx kapaci tghid xseta jaghmel il pn.Risposta mill izjed fjakka tajt.

  2. Ara mhux ta’ b’xejn dan il-partit se jibqa’ ankrat fl-oppozizzjoni ghal hafna u hafna snin. Issa mhux talli neggattiv f;kollox, imma wkoll jasal biex ixerred gideb bl-intenzjoni li jiskura l-Gvern. Qatt ma bsart li Dr Deguara se taqa’ fil-livell ta’ Zorba the Greek.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend