Il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis innota l-istorja ppubblikata fuq is-sit Lovinmalta dwar btala li kellu hu u l-familja tiegħu u l-familja ta’ Dr Joseph Muscat fi Franza.
Il-Ministru Zammit Lewis qal li l-istorja tal-Lovinmalta hija waħda qarrieqa u intiża sabiex tkisser il-karattru politiku tiegħu wara li f’ħidmietu għamel dak kollu possibli biex tirrenja s-saltna ta’ dritt u l-governanza t-tajba f’pajjiżna.
Saħaq li l-istorja hija żbaljata fl-iktar dettalji bażiċi.
Spjega li ma kien hemm l-ebda safra fi Franza fl-2017 iżda huwa siefer bil-familji fi Franza fl-2014.
Dr Zammit Lewis tella’ ritratti bid-dati bħala prova li fl-2017 huwa kien Sqallija u mhux fl-imsemmija btala fi Franza.
Qal li għal darb’oħra jidher biċ-ċar li hemm element ta’ qerq f’dak li ġie rrappurtat.
Bi kliem ċar kiteb li ma talabx għall-ebda favuri u għall- akkomodazzjoni b’xejn u l-familji użaw titjiriet kummerċjali.
Intant fuq il-profil tiegħu fuq Facebook, l-eks Prim Ministru Dr Joseph Muscat ukoll qal li l-Lovinmalta ħarġet b’titlu u storja qarrieqa.
Innota li persuna magħrufa sew bdiet iddur xi midja tfesfes, forsi biex tneħħi l-attenzjoni minn fuqha.
Irrimarka li filwaqt li hu kien għal btala, kien imsejjaħ għal Summit Ewropew, li kien jaf bih wara li saru l-arranġamenti għal btala.
Qal li l-ajruplan privat li ntuża għas-Summit kien l-istess wieħed li użaw Prim Ministri ta’ qablu sa minn żmien Eddie Fenech Adami u li kien isir l-istess irrispettivament minn fejn telaq biex imur għas-Summit Ewropew.
Dr Muscat innota wkoll dettalji dwar chats li hu ċaħad bil-fatti.
Fittxu lill din il gazzetta u lill min qala din il qidba ghad danni.Xbajna nisimaw dawn il qlajjiet u hadd ma jirraporta lill kumissarju ta letika parlamentari.Din il gazzetta jixraqila lisem li ghandha?
Mela nsew lill tonio feneh meta mar ma jurgen spanja. Ara sewwa jgidu IL PROSTITUTA MILLI JKOLLA ITTIK.
M’hemmx limitu ghall-hdura, mibgheda u gideb li jxerrdu tat-Times of Malta u tal-Loving Malta, basta joskuraw lill-Partit Laburista u kull min imiss mieghu. Il-legat ta’ Daphne Caruana Galizia issa gie stabbilit sewwa u l-hdura li dejjem qalghet mill-istonku taghha kontra l-Labour issa sar l-agenda ta’ dawn iz-zewg gazzetti bir-rappurtagg moqziez, giddieb u xewwiexi taghhom.