AĠĠORNAT: Żagħżugħ ġarrab ġrieħi ħfief wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel ġo arblu fil-Marsa – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Żagħżugħ ġarrab ġrieħi ħfief wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel ġo arblu fil-Marsa

Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Ħaż-Żabbar ġarrab ġrieħi ħfief, wara li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u baqa’ dieħel ġo arblu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:20 ta’ figħodu fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku li ħa liż-żagħżugħ l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend