Tingħata tislima li tixraq lill-Professur Oliver Friggieri – One News

Notifiki

Tingħata tislima li tixraq lill-Professur Oliver Friggieri

14:12 – Tibda l-quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fejn se tingħata l-aħħar tislima lill-Prof. Friggieri.

14:05 – F’xita qliel it-tebut tal-Prof. Oliver Friggieri daħal fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fejn se ssir il-quddies tal-funeral li se tkun ikkonċelebrata mill-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna.

State Funeral of Profs Oliver Friggieri.

 

 

 

 

13:42 – Il-Korteo għadda mill-Furjana quddiem id-dar fejn il-Prof. Friggieri trabba. Minn hawn il-Korteo mar ħdejn il-knisja tal-Furjana, fejn preżenti kien hemm bosta nies biex jagħtu l-aħħar tislima lill-Prof. Friggieri, fosthom is-Sindku tal-Furjana Davina Sammut Hili.

Wara l-Korteo mistenni jmur fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fejn se ssir il-quddiesa tal-funeral.

13:28 – Il-Korteo għadda minn Fleur-de-Lys minn quddiem ir-residenza fejn il-Prof. Friggieri kien ilu jgħix għal żmien twil.

13:04 – Il-Korteo funebri jasal fl-Università. Hawnhekk, ir-Rettur poġġa girlanda tal-fjuri fuq it-tebut tal-Prof. Friggieri. Inqrat ukoll poeżija tal-Prof. Friggieri.

13:00 – Fi Fleur-de-Lys bdew jinġabru in-nies minn fejn se jgħaddu l-Korteo funebri, qrib ir-residenza privata fejn kien jgħix il-Prof. Oliver Friggieri. Hawnhekk spikkaw il-fjuri b’messaġġi għall-Prof. Friggieri.

12:47 – Biswit il-binja tal-amministrazzjoni tal-Università nġabru diversi akkademiċi, flimkien mar-Rettur tal-Università il-Prof. Alfred Vella biex isellmu għall-aħħar darba lill-Prof. Friggieri.

12:43 – Minkejja li t-temp ma tantx huwa favorevoli u qed tqattar ix-xita, bosta kienu dawk li marru l-Univeristà biex isellmu lill-Prof. Friggieri.

Illum qed isir il-funeral organizzat mill-Istat b’tislima lill-Professur Oliver Friggieri. One.com.mt se jxandar b’mod dirett is-servizz funebri li se jkun organizzat mill-Istat b’tislima lill-Prof. Friggieri.

Il-Korteo funebri se jitlaq mill-Isptar Mater Dei fis-12:45pm lejn l-Università ta’ Malta fejn il-Professur Friggieri għadda għexieren ta’ snin minn ħajtu jeduka lill-istudenti tiegħu bħala lettur fid-Dipartiment tal-Malti fejn serva wkoll bħala Kap tad-Dipartiment u Professur tal-Letteratura. Hawnhekk se jingħata tislima xierqa mill-Università.

Minn hemmhekk il-Korteo funebri se jmur quddiem ir-residenza privata tiegħu fi Fleur-de-Lys, u wara jibqa’ sejjer quddiem il-Knisja Arċipretali ta’ San Publiju fil-Floriana, ir-raħal fejn twieled il-Prof. Friggieri. Hemmhekk se tingħatalu tislima mill-Kunsill Lokali tal-Floriana u mill-Kleru tal-Parroċċa ta’ San Publiju.

Wara l-Korteo funebri se jmur lejn il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fejn se ssir il-quddiesa tal-funeral li mistennija tibda fis-2:00pm u se tkun ikkonċelebrata mill-Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta.

Fi tmiem il-quddiesa, il-funeral se jitkompla privatament.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend