Tfittxija għal grupp ta’ persuni li aggredixxew raġel f’Wied il-Għajn b’ħadida u sikkina – One News

Notifiki

Tfittxija għal grupp ta’ persuni li aggredixxew raġel f’Wied il-Għajn b’ħadida u sikkina

It-Tlieta filgħaxija raġel ġie aggredit b’ħadida u sikkina fi Triq San Tumas Wied il-Għajn.

Il-każ ġie rrapportat lill-pulizija fl-9:50pm fejn il-kundizzjoni tal-vittma, li aktarx huwa Serb, għadha mhux magħrufa.

Il-vittma kien miexi fit-triq u issa jinsab l-isptar jirċievi l-kura.

Il-pulizija qalet lil ONE News li għaddejja bi tfittxija għall-aggressuri fejn għadu mhux magħruf kinux erba’ jew ħames persuni li ħebbew għall-vittma.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend