Rilokat il-ħames grupp ta’ immigranti irregolari minn Settembru sa issa – One News

Notifiki

Rilokat il-ħames grupp ta’ immigranti irregolari minn Settembru sa issa

Grupp ieħor ta’ immigranti ġew rilokati, l-Erbgħa filgħodu lejn il-Ġermanja.

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Intern intqal li dan huwa l-ħames grupp ta’ immigranti li qed jiġi rilokat minn Settembru li għadda.

Dan minkejja l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija tal-Coronvirus.

Il-Gvern qal li l-immigranti rilokati se jkollhom it-talba tagħhom għall-ażil determinata fi stati membri oħra.

Il-Ministeru għall-Intern qal li l-eżerċizzju ta’ rilokazzjoni sar b’koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea wara li Malta talbet biex ikun hemm qsim ta’ responsabbiltà tal-immigranti irregolari li jaslu fi xtut Ewropej.

Il-Gvern saħaq li r-rilokazzjoni tagħti opportunità lill-awtoritajiet Maltin biex inaqqsu l-pressjoni fuq iċ-ċentri tal-immigranti u jindirizzaw id-dewmien fil-proċess tal-ażil.

Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal li l-Gvern se jkompli jaħdem biex jonqsu l-wasliet tal-immigranti.

Huwa: “L-ewwel punt kruċjali, fil-ħidma tagħna huwa illi nkomplu nnaqqsu il-wasliet, u dan qed nagħmluh, b’mod effettiv, b’ħidma, kollaborazzjoni, anke ma’ pajjiż ta’ tranżitu, bħalma huwa l-Libja. Però mbagħad jibqa’ l-fatt illi kellek xi immigranti li minkejja li naqsu n-numri, xorta waslu Malta u allura ngħaddu għat-tieni punt, fil-ħidma kruċjali tagħna, li nikkoperaw aktar ma’ pajjiżi Ewropej sabiex jieħdu wħud minn dawk l-immigranti.”

Fi żmien li ġej hemm wegħdiet u  pjanijiet biex isiru aktar eżerċizzji ta’ rilokazzjonijiet lejn l-istati membri oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend