Laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-bdiewa u r-raħħala – One News

Notifiki

Laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-bdiewa u r-raħħala

Mit-twaqqif ta’ Ministeru ddedikat speċifikament għall-agrikultura, s-sajd u d-drittijiet tal-annimali tniedew bosta proġetti u inizjattivi sabiex dawn is-setturi jingħataw il-prijorità mistħoqqa.

Proġetti li jvarjaw minn dak tar-riforma fil-pitkalija, kampanji edukattivi sabiex jiġi apprezzat aktar il-prodott lokali u frisk, servizzi ġodda offruti lill-bdiewa bħall-AgriConnect u s-servizz ta’ estensjoni lis-sajjieda. Dan apparti l-iskemi t’għajnuna finanzjarja minħabba l-pandemija u  minħabba ħsarat ikkawżati mill-maltempata ta’ Frar tas-sena l-oħra.

Kif ukoll proġetti infrastrutturali bħal faċilità għall-ħatt tal-ħut f’Marsaxlokk, il-proġett ta’ riċerka GeneBank u l-Agrihub.

Il-Ministru tal-Agrikultura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo saħaq kif dan il-Ministeru huwa kommess li jibqa’ jagħti vuċi lil bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin permezz ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni magħhom.

Huwa qal: “Din mhix l-unika laqgħa mill-illum ‘il quddiem ħa nibdew niddiskutu ma’ kull settur partikolari fejn aħna nkunu nistgħu nsolvu iktar problemi biex verament aħna nkunu nistgħu nattwaw politika li tagħmel sens biex ikollok viżjoni għal dan is-settur.”

 Matul il-laqgħat ta’ konsultazzjoni mhux biss qed jiġi diskuss il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali tal-agrikultura iżda qed jiġu diskussi wkoll metodi dwar kif għandu jitqanqal iżjed interess fost iż-żgħażagħ biex jidħlu jaħdmu fis-settur tal-biedja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend