Imut l-istilla tal-futbol Arġentin Diego Armando Maradona

Il-plejer Arġentin Diego Armando Maradona ħalla din id-dinja fl-età ta’ 60 sena.

Siti internazzjonali rrappurtat li Maradona miet permezz t’attakk tal-qalb.

Kmieni aktar dan ix-xahar, Maradona ddaħħal l-isptar fejn saritlu operazzjoni b’suċċess tat-trombożi.

Maradona jibqa’ magħruf għall-karriera ta’ suċċess fid-dinja tal-futbol, fejn fost it-timijiet li lagħab magħhom kienu Napoli u Barċelona.

L-istilla Arġentin rebaħ fost oħrajn is-Serie A darbtejn, fl-elf disgħa mija sitta u tmenin u fl-elf disgħa mija u disgħin, mat-tim ta’ Napoli.

L-aktar li jibqa’ magħruf Maradona, fid-dinja tal-futbol huwa meta kien jilgħab bil-flokk ċelesti u abjad, li jirrappreżenta l-kuluri Arġentin.

L-akbar mument għal Maradona kien meta fl-elfejn disgħa mija sitt u tmenin, fil-Messiku rebaħ it-Tazza tad-Dinja, fejn anke kien ikkunsidrat l-aqwa plejer f’din il-kompetizzjoni.

F’dik it-tazza d-dinja, fil-Kwarti tal-Finali ta’ dik il-kompetizzjoni, Maradona skurja gowl li jibqa’ kontroversjali, dak meta skurja b’idejh kontra l-Ingliżi.

Mat-tim nazzjonali Arġentin, Diego Maradona lagħab wieħed u disgħin darba.

Fl-elfejn u għaxra, Maradona mexxa lill-pajjiżu waqt it-Tazza tad-Dinja ta’ dik is-sena, fl-Afrika ta’ Isfel.

Barra minn hekk, tul ħajtu, Maradona jibqa’ magħruf għall-vizzju tad-droga u anke tax-xorb.

Fil-fatt għal kwart ta’ seklu huwa stqarr li kien jabbuża mid-droga kokaina.

Kien hemm żmien meta Maradona kien jiżen mija u tletin kilogramma.

L-istilla Brażiljan Pele sellem l-istilla rivali tiegħu Arġentin u qal li xi darba se jqassmu ballun lil xulxin fis-smewwiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend