Notifiki

Imnieda l-viżjoni ġdida għall-Gvern Lokali

Il-Gvern nieda l-viżjoni għall-Gvern Lokali, li hija msejsa fuq għaxar pilastri.

Din il-viżjoni tħabbret quddiem is-Sindki u Kunsilliera minn diversi lokalitajiet madwar pajjiżna, mill-Ministru responsabbli mill-Gvern Lokali Josè Herrera.

L-għaxar prinċipji ta’ din l-istrateġija fost oħrajn jinkludu l-aċċessibiltà, is-saħħa, l-ambjent u l-indafa.

Waqt it-tnedija ta’ dan il-viżjoni, id-Direttur Ġenerali fil-Ministeru tal-Kultura u Gvern Lokali, Natalino Attard qal kif din il-viżjoni qed tiġi ħdax-il sena wara li saret l-aħħar viżjoni f’dan is-settur.

Huwa stqarr: “Abbażi ta’ dawn l-iżviluppi kollha, inkluż dak li ħareġ mir-riforma, se nkunu qegħdin inniedu viċjoni għall-Gvern Lokali, viżjoni fit-tul dwar kif se jkun qed taħdem il-qasam tal-Gvern Lokali.”

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Herrera qal kif din il-viżjoni se tkun qed twassal lill-kunsilli għall-bżonnijiet tal-lum.

Huwa qal: “Aħna l-iskop tagħna huwa illi nemanċipaw aktar Kunsilli Lokali biex nassiguraw li l-kunsilli lokali jkunu aktar involuti, minkejja jekk mhux b’mod dirett imma indirett fl-affarijiet li jsiru fl-irħula u fl-ibliet konċernati.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend