Notifiki

Sitt persuni l-ħabs dwar dokumenti foloz

Ħamest irġiel Sudaniżi u tfajla Eritreana ta’ 17-il sena ngħataw sentenza ta’ ħabs wara li wieġbu ħatja għall-akkużi relatati ma’ pussess u l-użu ta’ passaporti foloz.

Ahmed Hasan ta’ 27 sena ngħata 18-il xahar ħabs għaliex huwa nstab ħati wkoll li f’Settembru li għadda ħarab mill-kustodja tal-pulizija.

L-erba’ irġiel l-oħra: Idris Yahyah ta’ 29 sena, Abdulkader Muhammad Mustafa ta’ 18-il sena, Hachim Mohammad ta’ 21 sena u Ibrahim Daham Isaac ta’ 18-il sena li jgħixu fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far, wieġbu ħatja wkoll li għamlu użu minn dokumenti li kienu jafu li kienu foloz u weħlu sena ħabs kull wieħed.

L-Eritreana ntbagħtet sitt xhur ħabs u ġie ordnat li tingħata attenzjoni speċjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend