Notifiki

Iż-żgħażagħ huma prijorità għal dan il-Gvern

B’referenza għall-istqarrija maħruġa mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, is-Segretarjat Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji fi stqarrija qal li huwa skorrett li jingħad li ż-żgħażagħ b’xi mod tħallew barra mill-politika ta’ dan il-Gvern.

Dan is-Segretarju Parlamentari qal li kif kien fl-aħħar snin, huwa responsabbli miż-żgħażagħ. Intqal ukoll li wara li sar it-tibdil fil-kabinett, iż-żgħażagħ issa se jkunu prijorità aktar minn qabel, minħabba li l-Ministeru li dan is-Segretarjat jaqa’ taħtu huwa purament iffukat fuq l-inklużjoni u l-kwalità tal-ħajja.

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji saħaq li “għal dan il-Gvern, iż-żgħażagħ kienu u għadhom prijorità.”

Kien spjegat wkoll li dan  is-Segretarjat Parlamentari diġà kien f’kuntatt kemm mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u anke mal-Aġenzija Żgħażagħ sabiex fil-jiem li ġejjin issir laqgħa.

Intqal ukoll li bħalissa s-Segretarjat Parlamentari għaddej bi proċess ta’ konsultazzjoni, li jagħlaq fl-4 ta’ Diċembru li ġej, li se jwassal għal politika nazzjonali dwar iż-żgħażagħ.

L-istqarrija temmet tgħid: “Iż-żgħażagħ jafu fejn qegħdin ma’ dan il-Gvern. Dan huwa l-istess Gvern li qed jgħin sena wara sena koppji żgħażagħ jixtru l-ewwel u t-tieni proprjetà tagħhom, li żied l-istipendji, li ta d-dritt tal-vot lil dawk ta’ aktar minn sittax-il sena, u li llum il-fiduċja fihom qed jittrażmettiha bl-iktar mod evidenti, billi fost l-oħrajn pajjiżna għandu l-iktar kabinett żagħżugħ fl-istorja.”

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend