Grupp ta’ persuni arrestati b’rabta ma’ investigazzjoni kbira tal-pulizija… nies magħrufa sew fost l-arrestati – One News

Notifiki

Grupp ta’ persuni arrestati b’rabta ma’ investigazzjoni kbira tal-pulizija… nies magħrufa sew fost l-arrestati

Il-Pulizija arrestat madwar għaxar persuni li allegatament huma involuti f’ċirku ta’ kuntrabandu tal-fjuwil.

Dan f’numru ta’ rejds madwar Malta biex jitwaqqaf ċirku kriminali.

Irrappurtat dan it-Times hekk kif spjegat li b’rabta ma’ dawn ir-rejds, l-eks plejers tal-futbol, Darren Debono u Jeffrey Chetcuti lbieraħ tressqu l-Qorti akkużati b’ħasil ta’ flus u kuntrabandu.

Huma ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest u qattgħu l-lejl ġo ċella.

Sorsi kkonfermaw li r-rejds mid-Dipartiment tal-Pulizija għall-Investigazzjonijiet Finanzjarji, saru bejn it-Tnejn u kmieni t-Tlieta filgħodu madwar Malta kollha.

Huwa mifhum li l-Pulizija żammet profil baxx waqt li wettqet dawn ir-rejds hekk kif kien għad hemm numru ta’ persuni x’jiġu arrestati.

Fost l-arrestati wkoll hemm l-avukat Arthur Azzopardi u l-accountant Chris Baldacchino. Huwa mifhum li dawn tal-aħħar qed jiġu interrogati dwar ħasil ta’ flus.

Darren Debono kien arrestat lura fl-2017 fl-Italja flimkien ma’ Gordon Debono u l-militant Libjan Fahmi Ben Khalifa b’rabta ma’ ċirku kriminali dinji ta’ kuntrabandu tal-fjuwil li kien jinvolvi miljuni kbar ta’ ewro u li kellu wkoll rabtiet mal-mafja Taljana u militanti Libjani.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend