Ġlied kbir lejlet l-elezzjoni fl-MŻPN – One News

Notifiki

Ġlied kbir lejlet l-elezzjoni fl-MŻPN

Fost il-fergħat taż-żgħażagħ fil-Partit Nazzjonalista reġa’ spikka l-ġlied.

Dan minkejja l-impressjoni li qed tingħata mill-Kap Bernard Grech li fil-partit qed terġa’ ssaltan l-għaqda.

Dan kollu qed jidher fiċ-ċar fl-elezzjoni għall-eżekuttiv il-ġdid tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista, l-MŻPN, li għandha ssir l-Erbgħa.

Elezzjoni li qed issir sena wara minn meta kellha sseħħ, hekk kif it-terminu tal-eżekuttiv tal-MŻPN kien sa Novembru tas-sena l-oħra.

ONE News huwa infurmat kif l-eżekuttiv tal-MŻPN tawwal iż-żmien biex issir din l-elezzjoni, sabiex f’dan iż-żmien isibu n-nies viċin tagħhom u jgħaqqdu bl-eżatt il-ħmistax-il persuna, biex b’hekk ma ssirx elezzjoni.

Dan l-attentat ma rnexxiex, hekk kif it-Tnejn, jumejn biss qabel l-elezzjoni tal-Erbgħa, l-MŻPN ħareġ il-lista ta’ tlieta u għoxrin persuna li qed jikkontestaw l-elezzjoni għall-eżekuttiv.

Fost dawk li ħerġin għall-elezzjoni hemm il-President u l-Viċi President tal-għaqda taż-żgħażagħ Nazzjonalista tal-fazzjoni Adrian Delia, Team Start, Thomas De Martino u Jean Paul Barbara.

L-eżekuttiv preżenti tal-MŻPN huwa magħruf sew li kien kontra l-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia, hekk kif fis-sajf li għadda kien minn ta’ quddiem biex itajjar ras Delia minn Kap Nazzjonalista. F’Lulju saret kampanja sabiex Delia jitneħħa minn Kap Nazzjonalista.

Waqt dan iż-żmien ukoll, fil-Konvezzjoni Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, sabiex saret l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, il-President tal-MŻPN Joe Grech kien tkellem ċar kontra t-tmexxija ta’ Delia.

Issa sorsi qrib id-Dar Ċentrali qalulna li din l-elezzjoni għall-eżekuttiv tal-MŻPN qed issir baxx baxx għaliex ma jridux nies joħorġu għan-nofs ta’ dawk li kienu hemm u kienu qed jaqdu lill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend