Ftehim ġdid għall-fondazzjoni St. Jeanne Antide

Il-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali ffirma ftehim ieħor mal-Fondazzjoni St. Jeanne Antide sabiex isostni s-servizzi tal-fergħa Soar.

Fergħa li l-għan aħħari tagħha huwa li tgħin lill-vittmi tal-vjolenza domestika jintegraw lura fis-soċjetà.

F’konferenza tal-aħbarijiet intqal kif permezz ta’ dan il-ftehim ġdid li ser jinkludi finanzjament ta’ €130,500 fuq perjodu ta’ 3 snin, Soar se tkun tista’ tħaddem aktar nies biex b’hekk tipprovdi servizzi speċjalizzati u b’hekk din il-fergħa tkun aktar effettiva f’xogħolha.

Dwar dan tkellimna mal-Kap Eżekuttiv tal-fondazzjoni Nora Macelli hekk kif spjegat li dan il-ftehim sar lejliet il-ġurnata internazzjonali kontra l-vjolenza fq in-nisa.

Hija qalet: “Hu immexxi min-nisa li kellhom l-esperjenza tul is-snin ta’ vjolenza domestika. Tħarrġu u issa wkoll se jkunu impjegati biex ikomplu joffru servizz lil ħaddieħor u jħarrġu nisa oħra biex joffru s-servizz ta’ mentoring ukoll.”

Hija spjegat ukoll kif dan il-ftehim se jservi ta’ għajnuna kbira.

Macelli sostniet: “Ħa nkunu nistgħu nimpjegaw żewġ survivors full-timers u ħa jkollna persuna part-time biex tkun tista’ tkompli timmobilizza ħafna għajnuna ta’ kull tip mill-pubbliku biex in-nisa li nkunu qed ngħinu ngħinuhom jibqgħu fuq saqajhom u ngħinuhom biex jimxu ‘l quddiem fil-ħajja.”

Min-naħa tiegħu l-Ministru Michael Falzon qal li dan il-ftehim se jkun qed iwassal għal iktar appoġġ għal vittmi nisa, kemm fuq livell individwali kif ukoll appoġġ mogħti lill-gruppi.

Qal ukoll li l-Gvern se jkompli jgħin individwi u organizzazzjonjiet bħal dawn għax tassew jemmen fil-ġustizzja u l-ugwaljanza soċjali.

Il-Ministru Falzon stqarr: “Hawnhekk qed nagħmlu ftehim fejn tidħol il-vjolenza domestika u qbiżna l-50 ftehim ma’ NGO’s u l-impenn taħgna huwa ċar li nibqgħu naħdmu ma’ kulħadd biex verament ikollna soċjetà mibniha fuq il-ġustizzja soċjali fuq kollox u fuq kull aspett tagħha.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend