Tfajla t’għoxrin sena residenti l-Birgu ġiet arrestata waqt rejd tal-pulizija fil-Marsa.
It-tfajla ġiet arrestata wara li membri tal-Iskwadra tal-Ispecial Intervention Unit (SIU) daħlu fil-post billi qattgħu bieb tal-ħadid ta’ garaxx u li parti minnu kien imbarrat minn ġewwa bil-briks.
Fil-garaxx il-pulizija arrestaw lit-tfajla li allegatament kienet qiegħed tbigħ id-droga.
Fil-garaxx inqabdet qabda kbira tad-droga kokaina, crack cocaine u ħaxixa tal-kannabis, liema droga kienet lesta biex tkun ittraffikata u li ġġib valur fis-suq ta’ erbat elef ewro.
F’waħda mill-kmamar il-pulizija sabet tlieta u sittin qartas tal-eroina, mija u għaxar qratas kokaina u ħmistax-il qartas crack cocaine.
Dawn kienu kollha lesti f’kontenituri sabiex jinbiegħu.
Fil-post saret tfittxija permezz tas-sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija (K9) u nfetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Rachel Montebello.
Intant ftit wara t-tlieta ta’ wara nofsinhar, il-pulizija kienet kostretta ssejjaħ għal iżjed membri tagħha wara ġlieda u kommossjoni li qamet fi Triq is-Serkin fil-Marsa, ftit ‘il bogħod minn fejn seħħ ir-rejd li huwa każ separat mill-argument żgħir li qam.
https://www.one.com.mt/2020/11/23/qabda-kbira-ta-droga-foperazzjoni-fil-marsa-li-ilha-ghaddejja-minn-kmieni-dalghodu-fl-ahhar-hin-tizviluppa-glieda/