Il-pulizija qabdet kwantità kbira ta’ droga f’operazzjoni li ilha għaddejja minn kmieni dalgħodu fil-Marsa.
Waqt rejd li għamlet il-pulizija, nqabdu kwantità kbira ta’ qratas suspettati ta’ droga.
Ftit wara t-3pm, il-pulizija kienet kostretta ssejjaħ għal iżjed membri tagħha wara ġlieda u kommossjoni li qamet fi Triq is-Serkin fil-Marsa, ftit ‘il bogħod minn fejn seħħ ir-rejd li huwa każ separat mill-argument żgħir li qam.
ONE News huwa infurmat li wieħed mill-persuni involut fl-argument ikkaġuna ħsara fuq karozza tal-pulizija u wara qal li se jagħmel tajjeb għal ħsara.
Fuq il-post spikkat preżenza qawwija tal-pulizija fosthom membri tar-Rapid Intervention Unit, l-RIU.
Aktar dettalji xħin jaslulna.