Il-Qorti ma sabet ebda ksur tad-drittijiet ta’ Yorgen Fenech meta nżamm taħt l-arrest waqt il-pandemija tal-Covid-19.
Din id-deċiżjoni mill-Qorti ħarġet wara appell mis-Supretendent tas-Saħħa flimkien mal-Avukat tal-Istat.
Dan ħareġ wara li bejn Marzu u Mejju ta’ din is-sena, Fenech ikkontesta l-arrest tiegħu.
Il-Qorti qalet li dan l-arrest kien ġustifikat abbażi ta’ diversi raġunijiet. Fosthom il-kuntatti internazzjonali tal-imputat, il-gravità tal-akkużi miġjuba kontrih u l-possibiltà ta’ tbagħbis ta’ evidenza.