Alleat prominenti ta’ Donald Trump, Chris Christie qed jinkoraġġixxi lil Trump sabiex iċedi l-sforzi li qed jagħmel fil-konfront tar-rival tiegħu Joe Biden li rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali Amerikana fit-3 ta’ Novembru li għadda.
L-istess Chris Christie sejjaħ it-tim legali ta’ Donald Trump bħala tal-mistħija.
Sa issa Donald Trump għadu qed jirrifjuta milli jikkonċiedi din l-elezzjoni fost diversi akkużi ta’ allegat frodi fl-istess elezzjoni.
Bosta Repubblikani appoġġjaw dawn l-akkużi iżda numru minnhom kienu xettiċi.