Jonqsu bin-nofs l-ordnijiet ta’ ħarsien – One News

Notifiki

Jonqsu bin-nofs l-ordnijiet ta’ ħarsien

Il-ħidma sfieqa tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-FSWS, wasslet biex naqsu bin-nofs l-ordnijiet ta’ ħarsien fil-familji Maltin u Għawdxin.

Qal dan il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Alfred Grixti, fejn ma’ dan l-istazzjon spjega li huma primarjament jaraw li jedukaw u jsaħħu l-familji fis-soċjetà Maltija.

Qal kif, “Pereżempju jekk aħna nieħdu l-qasam tal-protezzjoni tal-minuri, ic-child protection, nikkalkulaw li kieku ma kienx hemm dan is-servizz kienu l-careorders flok ħarġu mija kienu joħorġu mija u ħamsin jiġifieri qisu n-numru ta’ careorders li kien hemm kien jiżdied b’ħamsin fil-mija.”

Dan ħareġ propju f’konferenza tal-Aġenzija ta’ Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità fi ħdan l-FSWS, fejn ġew ippreżentati l-ħsibijiet ta’ persuni li jagħmlu użu mis-servizzi ta’ terapija tal-familja fost oħrajn.

Ingħatat ħarsa wkoll lejn il-proġetti li jsiru mal-komunità u kif dawn jaħdmu favur kwalità ta’ ħajja aħjar għall-familji u l-komunitajiet, mibnija fuq is-sisien ta’ żvilupp soċjali sostenibbli.

Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal illi l-istrutturi soċjali għandhom ikunu preparati għal sfidi ġodda – eżempju ewlieni ta’ dan huma l-effetti li qed iġġib magħha l-pandemija Covid-19. Dwar dan, il-Ministru Falzon faħħar is-sehem tal-FSWS għal mod kif qed iservi ta’ spalla għal persuni li qegħdin ibatu mis-solitudni.

Spjega li, “L-FSWS tagħmel ħidma verament essenzjali fis-soċjetà tagħna u jrid ikollok id-dover li nagħtu l-għajnuna hemm barra fid-diversi forom li jeżistu. Dan huwa xi ħaġa li mhux biss l-FSWS tagħmlu imma anke aħna bħala amministrazzjoni nemmnu li wieħed mill-għan prinċipali li għandu jkollna hija li nsaħħu l-ġustizzja soċjali.”

Il-Ministru Michael Falzon żied jgħid li kulħadd għandu rwol fis-soċjetà, u dan il-ħsieb għandu jissarraf f’bażi aktar soda ta’ ġustizzja soċjali fil-qalb tal-komunità.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend