Il-vaċċin tal-COVID-19 żvillupat mill-Università ta’ Oxford minn testijiet preliminari wera li huwa 70% effettiv iżda bi bdil żgħir fid-doża għandu l-kapaċità li jkun 90% effettiv.
L-Università ta’ Oxford wettqet din ir-riċerka u dan il-proċess fi żmien għaxar xhur.
Minkejja li dan il-vaċċin juri effettività inqas minn dak ta’ Pfizer u Moderna, li wera 95% effettività, dan il-vaċċin huwa iktar affordabbli u iktar faċli biex jiġi maħżun u jitqassam f’kull rokna tad-dinja.
Għaldaqstant dan il-vaċċin jilgħab rwol sinifikanti meta u kif jiġi approvat mir-regolaturi.
Il-kumpanija farmaċewtika AstraZeneca tenniet li mistennija tipproduċi madwar tliet biljun doża għas-sena d-dieħla sabiex titqassam madwar id-dinja.