Il-Prim Ministru Iżraelit Benjamin Natanyahu siefer bil-moħbi sabiex jiltaqa’ mal-Pinċep Mohammed Bin Salman fl-Arabja Sawdija.
Traċċar tat-titjira wera helikopter privat li ġieli ntuża mill-Prim Ministru stess f’titjira direzzjoni lejn il-baħar l-aħmar.
Din hija l-ewwel laqgħa magħrufa bejn iż-żewġ mexxejja meqjusa għedewwa li l-Istati Uniti trid li tinnormalizza.
Il-President Donald Trump riċentament fassal ftehim li jistabbilixxi r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn l-Iżrael u l-Emirati Għarab Magħquda, Bahrain u s-Sudan.
L-Arabja Sawdija b’attenzjoni laqgħet dan iżda indikat li beħsiebha tinstenna sakemm ikun hemm ftehim ta’ paċi bejn l-Iżrael u l-Palestina.