Fis-2pm, Clayton Bartolo, Clyde Caruana, Justyne Caruana u Miriam Dalli se jkunu qed jieħdu l-ġurament ta’ Ministru fil-Kabinett tal-Prim Ministru Robert Abela.
Huma se jkunu qed jieħdu l-ġurament quddiem il-President tar-Repubblika George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton.
Clayton Bartolo se jinħatar Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi, Clyde Caruana se jsir Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, Justyne Caruana se tilħaq Ministru għall-Edukazzjoni filwaqt li Miriam Dalli se tinħatar Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli.