It-Tnejn waranofsinhar, fil-Palazz ta’ Sant’Anton, quddiem il-President tar-Repubblika George Vella, erba’ Deputati tal-Gvern ħadu l-ġurament ta’ Ministru fil-Kabinett tal-Prim Ministru Robert Abela.
Justyne Caruana saret Ministru għall-Edukazzjoni.
Clayton Bartolo nħatar Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi.
Miriam Dalli saret Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli.
Clyde Caruana nħatar Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol.
Wara numru ta’ bidliet li tħabbru s-Sibt, il-Prim Ministru Robert Abela ddeskriva l-Kabinett immexxi minnu bħala l-aktar wieħed żagħżugħ, femminili, Għawdxi u ta’ stoffa.