Stħarriġ tat-Times juri li żdied l-appoġġ għal kif il-Gvern qed imexxi l-ekonomija – One News

Notifiki

Stħarriġ tat-Times juri li żdied l-appoġġ għal kif il-Gvern qed imexxi l-ekonomija

Stħarriġ ippubblikat fuq The Sunday Times Of Malta juri li żdied l-appoġġ għal kif il-Gvern qed imexxi l-ekonomija.

Fil-fatt, dawk b’opinjoni negattiva dwar dan, naqsu bin-nofs meta mqabbel ma’ stħarriġ li kien sar f’Awwissu.

Huma sebgħin fil-mija ta’ dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ li jħossuhom pożittivi dwar il-mod kif il-Gvern ta’ Robert Abela qed imexxi l-ekonomija f’dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji.

Dan l-istħarriġ, li wera sentiment pożittiv bla preċedent fost il-Maltin u l-Għawdxin, ġie l-għada li l-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali, Creditreform, ikkonfermat rating ta’ A+ bi prospetti stabbli għal pajjiżna.

L-esperti ta’ din l-aġenzija nnutaw kemm il-Gvern Malti għamel miżuri bil-galbu waqt l-imxija, li għenu biex salvaw l-impjiegi u sabu bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija.

Huma nnutaw ukoll ir-reżiljenza tal-ekonomija ta’ Malta li tirrifletti d-diversifikazzjoni tas-setturi ekonomiċi.

Dan is-sentiment pożittiv ġie wkoll fl-istess ġimgħa li l-Kummissjoni Ewropea approvat il-budget ta’ Malta għas-sena d-dieħla.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *