Miċħuda t-talba ta’ Trump dwar il-voti f’Pennsylvania – One News

Notifiki

Miċħuda t-talba ta’ Trump dwar il-voti f’Pennsylvania

Imħallef f’Pennsylvania ċaħad il-kawża li fetaħ it-tim tal-kampanja ta’ Trump li talab biex miljuni ta’ voti li twasslu bil-posta jiġu kkunsidrati bħala invalidi, f’dan l-istat li huwa meqjus bħala swing state.

L-Imħallef qal li din il-kawża dwar allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet saret mingħajr mertu.

Il-ġimgħa d-dieħla, l-Istat ta’ Pennsylvania mistenni jħabbar rebħa uffiċjali għal Biden, hekk kif għandu aktar minn 80,000 vot vantaġġ fuq Trump, li s’issa għadu ma ċediex għat-telfa elettorali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend