Ivan Brincat maħtur President tal-MBSA – One News

Notifiki

Ivan Brincat maħtur President tal-MBSA

Ilbieraħ saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Malta Billiards Snooker and Association fejn Ivan Brincat ġie maħtur President tal-Assoċjazzjoni wara li kiseb madwar 78% tal-voti mitfugħa u b’hekk ser ikun qiegħed jieħu post is-Sur Frans Bugeja li ma reġax ikkontesta wara diversi snin bħala President ta’ din l-Assoċjazzjoni. Il-kontenstant l-ieħor kien Kevin Vella.

Il-Kumitat Eżekuttiv ser ikun kompost minn Ivan Brincat bħala President, Joseph Zerafa Viċi President Joseph Zerafa, Andrea Aquilina Segreyarju Ġenerali, Lothar Mallia Direttur tal-Finanzi, Cameron Farrugia Uffiċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi u Terry Camilleri u Maurice Calleja bħala membri.

Waqt din il-laqgħa ġiet approvata proposta biex it-terminu tal-Kumitat Eżekuttiv ikun għal tliet snin u mhux kif preżentament qiegħed, jiġifieri terminu ta’ sentejn.

Fl-ewwel diskors tiegħu bħala President, is-Sur Brincat irringrazzja lil dawk kollha li pparteipaw f’din l-elezzjoni fejn kien hemm aktar minn 60 vot mitfugħa minn madwar 80 persuna li kienu eliġibbli.

Fl-aħħar tal-Laqgħa ġie deċiż li s-Sur Frans Bugeja jinħatar bħala President Onorarju tal-Assoċjazzjoni bħala ringrazzjament tax-xogħol siewi li wettaq matul is-snin li fihom kien involut fl-MBSA.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend