Immultat talli ddiżrispetta lill-Maġistrat fl-awla – One News

Notifiki

Immultat talli ddiżrispetta lill-Maġistrat fl-awla

Raġel ta’ 36 sena mill-Maċedonja tressaq il-Qorti b’akkużi ta’ vjolenza domestika.

Meta ġie mistoqsi dwar ir-rappreżentanza legali tiegħu mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Strafrace, l-imputat beda jargumenta b’mod verbali mal-Maġistrat u għamel mossi mhux xierqa fl-awla tal-Qorti.

Shojlev Dragan, li jgħix ir-Rabat Għawdex ġie mixli li kkawża tbatija psikoloġika lill-eks sieħba tiegħu billi allegatament heddidha b’mod verbali u fuq siti soċjali, u kien ta’ fastidju kontinwu għaliha.

Il-Pulizija talbet il-protezzjoni għall-vittma u t-tfal li għandha mal-imputat.

Is-seduta ġiet posposta għal ġurnata oħra minħabba l-imġiba mhux xierqa tal-akkużat, li għaliha ġie mmultat €500.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend