Il-Professur Oliver Friggieri se jingħata funeral mill-Istat – One News

Notifiki

Il-Professur Oliver Friggieri se jingħata funeral mill-Istat

Il-Professur Oliver Friggieri se jingħata l-aħħar tislima permezz ta’ funeral li se jiġi organizzat mill-Istat.

Fi stqarrija mill-Gvern ta’ Malta, l-għada li tħabbret il-mewt tal-Professur fl-età ta’ tlieta u sebgħin sena, ingħad li l-Gvern iddeċieda li l-funeral jiġi organizzat mill-istat b’rikonoxximent għall-kontribut straordinarju li ta b’risq pajjiżna u n-nies tiegħu tul il-karriera tiegħu.

Fl-istqarrija ngħad li llum, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kellu laqgħat mal-familja tal-Professur Friggieri biex flimkien magħhom, isiru l-arranġamenti meħtieġa fl-organizzazzjoni tal-funeral.

Id-dettalji dwar il-funeral tal-Professur Friggieri jitħabbru aktar tard.

Ara wkoll:

Ara: L-ilsien Malti jibki t-telfa ta’ wieħed minn uliedu

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend