Fl-Awstralja: Raġel imut wara li gidmu kelb il-baħar – One News

Notifiki

Fl-Awstralja: Raġel imut wara li gidmu kelb il-baħar

Raġel inqatel minn gidma ta’  kelb il-baħar ‘il barra minn bajja poplari fl-Awstralja.

Il-pulizija Awstraljana kkonfermat li r-raġel miet ftit wara li ttella’ mill-ilma.

Dan huwa t-tmien attakk fatali mill-klieb il-baħar fl-ibħra Awstraljani din is-sena. Madanakollu, dawn l-attakki huma xi ħaġa rari fil-bajja li fiha sar dan l-inċident.

Il-bajja ngħalqet u l-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ jevita l-baħar ta’ dawn il-viċinanzi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend