ARA: Il-mument fejn “uffiċjal” ta’ Bernard Grech jostakola l-camera ta’ ONE News – One News

Notifiki

ARA: Il-mument fejn “uffiċjal” ta’ Bernard Grech jostakola l-camera ta’ ONE News

Il-Partit Nazzjonalista qed ikompli għaddej b’manuvri kontra ONE News u ma jħallix lil dan l-istazzjon jagħmel xogħlu b’mod ħieles.

Kif jixhdu filmati li xxandru anki mill-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista stess, uffiċjal jew persuna mqabbda apposta fid-Dar Ċentrali ma ħallietx lil cameraperson ta’ ONE News jagħmel xogħlu u mar jostakola l-camera.

Fil-filmat imxandar anki fuq in-NET stess, din il-persuna tidher tmur quddiem il-camera ta’ ONE News u tpoġġi idha quddiemha u tmiss il-camera b’idejha.

Dan għamlitu meta lanqas biss kienu għaddew ħames sekondi mit-tmiem id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Fil-filmat ta’ ONE News tidher id fuq il-lenti tal-camera.

Din mhix l-ewwel darba li f’attivitajiet ta’ Bernard Grech, ONE News spiċċa intimidat jew ostakolat milli jwettaq xogħlu b’mod ħieles.

Qabel eżatt sar Kap, meta ġurnalist ta’ ONE News mar biex jistaqsi lil Bernard Grech xi mistoqsijiet f’San Ġiljan, bodyguards ta’ Grech imbuttaw lill-ġurnalist.

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin kien qal li l-ġurnalisti m’għandhomx jiġu mblukkati.

F’konferenza tal-aħbarijiet wara d-diskors tiegħu tal-budget, Bernard Grech ħarab milli jwieġeb il-mistoqsijiet ta’ ONE News meta l-partit immexxi minn Bernard Grech naqas milli jistieden lil ONE News biex ikun preżenti biex jagħmel il-mistoqsijiet.

Għal dan, l-IĠM ukoll kien wera s-solidarjetà ma’ ONE News u nnota l-att deplorevoli mill-Partit Nazzjonalista li jiftaħar tant bis-saltna tad-dritt u jitkellem tant biex il-ġurnalisti jitħallew iwettqu xogħolhom b’mod ħieles.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. L-igm=pn għadu sieket dwar il-froġa li għamel rigward il-premjijiet li ta għal gideb?? Ma qal xejn dwar is-sentenza tal-Qorti rigward l-inċidenti f’Kastilja f’Novembru 2019??

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend