AĠĠORNAT: Sewwieq ta’ mutur f’qagħda kritika wara ħabta f’Birżebbuġa – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Sewwieq ta’ mutur f’qagħda kritika wara ħabta f’Birżebbuġa

Sewwieq ta’ mutur ta’ 45 sena jinsab f’qagħda kritika wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza fi Triq Ħal Far, f’Birżebbuġa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar, meta seħħet ħabta bejn mutur misjuq mill-vittma li huwa Serb u jgħix Wied il-Għajn, u karozza tat-tip Mercedes li kienet qed tinstaq minn Ingliż ta’ 71 sena li jgħix il-Marsa.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li ndarab serjament.

Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend