Servizz li se jgħin lill-ommijiet ta’ persuni b’diżabilità – One News

Notifiki

Servizz li se jgħin lill-ommijiet ta’ persuni b’diżabilità

Servizz pożittiv li se jtaffi minn ħafna piżijiet fuqna l-ġenituri ta’ perusni b’diżabilità.

Din kienet ir-reazzjoni ta’ Marchita Mangiafico u ħafna ġenituri oħra, wara li din il-ġimgħa ġie mniedi l-ewwel servizz nazzjonali ta’ helpline għall-persuni b’diżabilità u l-qraba tagħhom mill-Aġenzija Sapport.

Marchita qaltilna  li sa ftit ilu biex jiksbu xi informazzjoni jew għajnuna riedu jagħmlu ħafna telefonati, iżda issa dan kollu spiċċa.

Qal kif, “Niftakru li l-ġeneturi jridu jgħaddu minn ħafna affarijiet biex jaraw x’għandhom bżonn it-tfal tagħhom, treatments, appuntamenti tat-tobba, l-iskola u affarijiet oħra. Allura l-fatt li jkollok il-onestopshop li inti tista’ tibda minn fejn tista’ tiġi moqdija tagħmel ħafna sens.”

L-omm faħħret il-mod ukoll kif permezz ta’ dan is-servizz se jkunu jistgħu jitkellmu ma’ professjonisti li jgħinuhom bil-problemi li jkollhom.

Spjega li, “Il-fatt li imbagħad se jkollok professjonisti min-naħa l-oħra fuq it-telephone u se jkunu jistgħu jempazizzaw mal-bżonnijiet tal-familji dik hija xi ħaġa pożittiva wkoll.”

Dan il-helpline huwa implimentazzjoni ta’ waħda mill-miżuri tal-budget għal din is-sena.

B’dan issa se jiġi estiż il-Freephone tal-153, fejn persuni mħarrġa jieħdu d-dettalji u jgħaddu l-każ direttament għand is-servizz meħtieġ, bil-għan aħħari jkun li jagħmluha aktar faċli lil dawk li għandhom bżonn is-servizz.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend