Is-summit virtwali tal-mexxejja tal-G20 jidħol fit-tieni jum tiegħu – One News

Notifiki

Is-summit virtwali tal-mexxejja tal-G20 jidħol fit-tieni jum tiegħu

Il-15-il edizzjoni tas-summit tal-G20 ta’ din is-sena qed jitmexxa mill-Arabja Sawdija. Din hija l-ewwel darba li dan qed jitmexxa minn stat Għarbi u qed issir b’mod virtwali.

Fuq il-mejda ta’ din il-laqgħa dinjija l-agenda tvarja minn kwistjonijiet finanzjarji u ekonomiċi għal dawk soċjali. Dan jinkludi l-enerġija, l-ambjent, il-klima, l-ekonomija diġitali, il-kummerċ, l-agrikultura, is-saħħa, l-edukazzjoni u x-xogħol.

Fid-dawl tas-summit dan l-istat Għarbi qed ikun affaċċjat b’bosta mistoqsijiet rigward id-drittijiet umani fil-pajjiż.

Intant il-Ministru tal-affarijiet barranin Għarbi xejjen it-talbiet ta’ bojkott fuq is-summit.

Is-summit tal-G20 hija laqgħa tal-mexxejja u tinkludi bosta pajjiżi flimkien mal-Unjoni Ewropea.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend