Il-priġunier mill-Pakistan li miet fid-19 ta’ Novembru li għadda qatt ma għadda d-dettalji ta’ qrabatu lill-awtoritajiet tal-ħabs.
Dan ikkonfermatu stqarrija maħruġa mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi fejn spjegat li wara l-mewt tal-priġunier, l-Pulizija għamlet kuntatt mal-konsulat tal-Pakistan biex jiġu identifikati u notifikati l-qraba.
L-istqarrija spjegat ukoll li dan huwa l-unika mod kif setgħu jiġu mgħarrfa l-qraba bil-mewt ġaladarba ma ngħataw l-ebda dettalji lill-aġenzija.