Fi tliet snin sar 175 żwieġ bejn koppji tal-istess sess – One News

Notifiki

Fi tliet snin sar 175 żwieġ bejn koppji tal-istess sess

Mill-2017 sal-lum f’Malta 175 koppja b’persuni tal-istess stess iżewġu.

Hekk spjega il-Kap tar-reġistru pubbliku, Vincent Sladden li qal kif din iċ-ċifra ma tinkludix iż-żwiġijiet li saru f’Għawdex minħabba li dawn huma inklużi fir-reġistru pubbliku ta’ Għawdex.

Qal kif, “Saru passi importanti ħafna f’dan il-kamp fejn koppji setgħu jingħaqdu taħt unjoni ċivili, din għaddiet il-liġi fl-2014, imbgħad f’Settembru tal-2017 setgħu l-koppji tal-istess sess setgħu jiżżewġu, jiġifieri bażikament minn dak iż-żmien aħna kellna 175 koppja li daħlu fiż-żwieġ.”

Fil-fatt, l-iktar sena li fiha kien hemm żwiġijiet bejn koppji tal-istess sess hija s-sena l-oħra, b’78 żwieġ.  Dan filwaqt li fis-sena preċedenti kien hemm 63 żwieġ bejn koppji tal-istess sess.  Din is-sena, minħabba l-pandemija kien hemm nuqqas ta’ żwiġijiet.

Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet, Alex Muscat innota kif wara d-dħul fis-seħħ tal-liġi li ppermettiet żwiġijiet bejn koppji tal-istess sess, koppji li kienu magħqudin b’unjoni ċivili tħallew ibiddlu l-għaqda tagħhom għal dik taż-żwieġ.

Qal kif, “ Tajna l-fakultà wkoll lil dawk il-koppji kollha tal-istess sess illi kienu daħlu f’unjoni ċivili sabiex imbgħad jeqilbu l-unjoni ċivili tagħhom fi żwieġ.  Infatti kellna 45 koppja li għażlu li jikkonvertu l-Unjoni Ċivili tagħhom fi żwieġ. “

Dwar il-fatt li din is-sena kien hemm inqas żwiġijiet Muscat fakkar kif dawk li ħassru ż-żwiġijiet tagħhom minħabba l-pandemija, il-Gvern ser ikun qed jiffrankalhom l-ispejjeż tal-applikazzjonijiet għat-tnedijiet taż-żwieġ tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend