Żoni fl-Italja dalgħodu qamu għal maltemp qawwi b’diversi toroq spiċċaw mgħerqa bl-ilmijiet tax-xita.
Fosthom insibu Crotone, żona fl-Italja li ntlaqtet bil-kbir mill-maltemp tant li bosta djar spiċċaw mgħerrqa.
Id-Dipertiment tal-Protezzjoni Ċivili fi Crotone ħabbar allarm proprju lbieraħ b’rabta mal-maltemp fejn kulħadd ġie mħeġġeġ jibqa’ d-dar hekk kif is-sitwazzjoni kienet mistennija tmur għall-agħar.