Tużax dan il-prodott – One News

Notifiki

Tużax dan il-prodott

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapid għall-Ikel u l-Ghalf (RASFF), l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni b’pestiċida (Ethlyene oxide) fil-ġunġlien li jinstab fl-istess prodott.

F’dawn l-aħħar ġimgħat nstab li l-kimika ethylene oxide setgħet kienet qed tintuża biex tikkontrolla xi organiżmi fil-ġunġlien, imkabbra u esportati mill-Indja. Madanakollu, l-użu ta’ ethylene oxide mhux approvat li jintuża fil-pajjiżi tal-UE, għalkemm huwa permess li jintuża f’pajjiżi barra l-UE, bħall-Indja. F’livelli għoljin u espożizzjoni fit-tul, jista’ jkun karċenoġenu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend