Il-Vatikan b’investigazzjoni interna rigward l-like li saret mill-Instagram tal-Papa – One News

Notifiki

Il-Vatikan b’investigazzjoni interna rigward l-like li saret mill-Instagram tal-Papa

Il-Vatikan għaddej b’investigazzjoni f’ħidma konġunta ma’ Instagram rigward il-like li saret mill-Instagram uffiċjali tal-Papa Franġisku fuq ritratt ta’ mudella Brażiljana tippoża b’uniformi.

Għadu mhux ċar meta seħħet din il-like iżda li hu żgur bosta ġurnali barranin online laħqu nnutaw din il-mossa qabel ma tneħħiet il-like minn fuq ir-ritratt.

Sorsi qrib il-Vatikan qalu mal-Aġenzija tal-aħbarijiet kattoliċi li l-profil tal-Papa huwa mmexxi minn tim ta’ nies u għaldaqstant kellha tiskatta investigazzjoni interna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *