Ikompli x-xogħol fuq Triq l-Għeriexem – One News

Notifiki

Ikompli x-xogħol fuq Triq l-Għeriexem

Għaddej il-bini mill-ġdid ta’ Triq l-Għeriexem fir-Rabat, hekk kif issa, l-Aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta qed tlesti l-pedamenti.

Il-proġett huwa bbażat fuq żewġ ringieli ta’ pilastri tal-konkos u l-azzar li jinzlu sa ħames sulari taħt l-art.

Il-Perit tal-proġett Corinne Dimech spjegat ma’ ONE News kif fl-ewwel fażi ta’ dan il-proġett sar il-pedament ġdid u lqugħ ġdid sabiex iżomm it-triq.

Hija qalet: “Dan ix-xogħol li qegħdin taraw bħalissa qed jinvolvi s-sistemi ta’ infrastruttura ġdida li ħa jkun hawn fil-post, nista; nsemmilek li se jkun hawn katusi ġdida, ilqugħ għall-ilma tax-xita, katusi tad-dranaġġ, kif ukoll channels għal infrastruttura tal-elettriku.”

Waqt żjara fuq il-lant tax-xogħol il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal kif dan il-proġett kien ilu fuq il-pjanti u kien dan il-gvern li ħa azzjoni.

Il-Ministru Borg stqarr: “Kulħadd jaf li hawnhekk għandek it-tafal. Triq illi ilha ċċedi, id-dranaġġ kien spiċċut u allura kien qed jispiċċa ġo nofs il-wied u allura milli proġett ta’ tisbiħ, finalment ħa jkun proġett ta’ tisbiħ imma hija infrastruttura aktar sigura, sigura għan-nies illi joqogħdu fuq dan il-wied, sigura għan-nies illi jsuqu jew jimxu f’dawn l-akkwati.”

L-investiment f’din it-triq huwa ta’ madwar erba’ miljun ewro u mistennija tkun lesta sas-sena d-dieħla.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend